Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə57/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   53   54   55   56   57   58   59   60   ...   96
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jeżamina mill-qrib l-iżviluppi li jseħħu fil-Kommunita Ewropeja, bħal riżoluzzjonijiet u deċiżjonijiet li jistgħu japplikaw għal-Malta.
Id-Direttivi msemmija mill-Onor Interpellant jirrigwardjaw is-Servizzi Veterinarji li jaqa taħt il-Ministeru tal-Biedja u Sajd.
Għaldaqstant l-Onor Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat f`dan il-każ.


UNJONI EWROPEA - "MEDA PROGRAMME"

2479. L-ONOR. JOE BORG staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx proġetti li se jiġu finanzjati taħt l-"MEDA Programme" ta' l-Unjoni Ewropea u li se tibbenefika minnhom Malta? Jekk hemm, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna liema huma u kemm ġew ivvotati flus għal kull wieħed minn dawn il-proġetti?

ONOR. GEORGE VELLA: Malta tibbenefika direttament taħt il-"MEDA Programme" peress illi l-proġett imsejjaħ "Euro-Med Information Seminars for Diplomats" li jsiru darbtejn fis-sena hawn Malta huma ffinanzjati taħt dan il-programm. Huwa ferm probabbli wkoll illi l-Akkademja għall-istudji Diplomatiċi tiġi nkarigata bi proġett, iffinanzjat taħt il-MEDA Programme, li jaħseb sabiex id-dokumenti kollha tal-Proċess ta' Barcellona jitpoġġew fuq l-Internet.
Barra minn hekk Malta hija `partner country' f'numru ta' proġetti kulturali.
Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf ukoll illi diversi proġetti qegħdin jiġu ppreparati u, appena finaliżżati, jiġu sottomessi.


Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   53   54   55   56   57   58   59   60   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin