2484. L-ONOR. BERTU PACE staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li l-"common areas" inkluż il-ħġieġ, poġġamani u turġien ta' l-"Education Building" fil-Furjana jinħaslu u jitnaddfu b'mod regolari għaliex ma jixraqx li bniedem li jaħdem jew li jżur dan il-post jirfes f'dan l-ambjent maħmuġ u żdingat? Ma jaħsibx il-Ministru li n-nies li suppost jagħmlu dan ix-xogħol huma biżżejjed jekk mhux iżżejjed f'dan il-post? Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ittieħdux passi dixxiplinarji kontra ħaddiema li rrifjutaw li jaqdu dmirhom f'dawn ix-xogħlijiet?