2486. L-ONOR. LAWRENCE GONZI staqsa lill-Ministru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-"policy" dwar l-eżenzjoni mid-dazju u "registration" fuq vetturi mixkrija minn persuni b'diżabilita' anke fid-dawl taż-żidiet fil-liċenzji mħabbra fil-Budget ta' din is-sena?
ONOR. LINO SPITERI: Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-policy dwar eżenzjonijiet fuq xiri ta' vetturi minn persuni b'diżabilita' hi rregolata mill-iskeda, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra, li ilha stabbilita'.
Tlabt li jiġi eżaminat kif dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiġu mgħarbla fid-dawl tal-Budget 1997.