2487. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-punti ta' l-applikanti quddiem id-dipartiment m'għandhomx jiġu ppubblikati wara li jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa?
Jidhirlu l-Ministru li l-ġustizzja mhux biss trid isir iżda trid tidher li qed issir?
ONOR. FREDDIE PORTELLI: Jien qatt ma għidt li l-punti m'għandhomx jiġu ppublikati. Għidt biss li d-Dipartiment mhux tal-fehma li dan isir qabel l-ispezzjonijiet tal-applikazzjonijiet kollha.
Naqbel li l-ġustizzja trid tidher li qed issir iżda milli jidher kien biss fl-aħħar xahrejn li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu hu, ħass li dan għandhu jagħmlu, u meta kien jaf li kien impossibli li dan iwettqu qabel l-elezzjoni.