ONOR. EVARIST BARTOLO: Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li:-
1. Fl-ebda mument tad-dibattitu tal-budget dwar iż-zgħażagħ ma' ntqal li l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ m'għandux computer jew photocopier. Nikkonferma iżda li l-bini nnifsu kien fi stat t'abbandun, nieqes minn kull forma ta' sigurta', mingħajr maintenance u nieqes minn tindif ġenerali u staff li jagħmel dan it-tindif.
2. Ir-risposta għat-tieni mistoqsija hija fl-affermattiv.
3. Jien infurmat li għalkemm id-dokument tal-Politika Nazzjonali taż-Zgħazagħ ġie aġġornat kmieni fl-1996 u ppreżentat lill-Onorevoli Nterpellant bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ ta' dak iż-żmien, ma jirriżultax li la saret it-traduzzjoni tiegħu għall-Ingliż kif kien ippjanat, la kien ġie approvat mill-Kabinett u ma jirriżultax anqas li s'Ottubru 1996 kien qatt wasal fil-fażi tal-pubblikazzjoni.
Dostları ilə paylaş: |