ONOR. NOEL FARRUGIA: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
IRZIEZET - SISTEMA TAD-DRENAĠĠ
2505. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Rigward "farms" li huma koperti bil-permessi kollha neċessarji, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn huma mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku kif ukoll jista' jgħid kemm hawn minnhom mingħajr il-permessi ta' bini/sanita'?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. membru ma' tinżammx mid-Dipartimenti tal-Biedja u Servizzi Veterinarji.Nispera li fil-futur isiru 'surveys' fuq il-' farms' biex tinġabar din l-informazzjoni li, sfortunatament s'issa ma tinżamx.