Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)



Yüklə 497,64 Kb.
səhifə8/96
tarix07.01.2022
ölçüsü497,64 Kb.
#86854
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   ...   96
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Cassar.
ONOR. JOE CASSAR: Għandi nifhem li wara li jlestu dan ir-rapport dawn is-sinjuri li għadu kif semma l-Prim Ministru se jkomplu jaqdu dmirijiet oħra?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Iva, jien inħoss li meta tkun qiegħed twettaq proċess ta' riforma f'organizzazzjoni komplikata u importanti, bħalma huwa l-Korp tal-Pulizija, il-konsulenti nfushom m'għandhomx sempliċement jagħtuk rapport u jitilqu 'l barra, u fil-fatt dan mhux l-ispirtu tal-konsulenti professjonali li qed jaħdmu magħna fuq din il-ħaġa. Jiġifieri, wara li jippreparaw ir-rapport tagħhom, il-konsulenti se jkunu nvoluti wkoll kemm fil-proċess ta' konsultazzjoni li jsir kemm internament, f'dan il-każ il-Korp tal-Pulizija, u anke ma' organizzazzjonijiet barra mill-korp, kif wkoll fil-proċess ta' implimentazzjoni tar-riformi li jsiru abbażi tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru u tad-deċiżjonijiet li jkun ħa l-Gvern fuq ir-rapport. Din hija parti mit-teknika tal-konsulenza, jiġifieri, konsulenza mhux sempliċi tagħtik rapport u daqshekk, imma din għandha tkun involuta ukoll fil-konsultazzjonijiet wiesa' li mbagħad iwasslu għad-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq ir-rapport li jkunu għamlu huma stess kif ukoll fil-proċess ta' implimentazzjoni, liema proċess ma jsirx mil-lum għal għada imma jsir permezz ta' teknika ta' kif il-konsulent jinvolvi lill-organizzazzjoni konċernata fir-riforma tagħha stess.


Yüklə 497,64 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   4   5   6   7   8   9   10   11   ...   96




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin