2512. L-ONOR. FRANCIS AGIUS staqsa lill-Ministru ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' fabbriki:- 1) li għalqu matul l-1996, xahar b'xahar; u 2) li fetħu ġodda xahar b'xahar matul l-1996?
ONOR. JOHN ATTARD MONTALTO: Skond ir-Records ta` l-MDC, matul l-1996, infethu 22 kumpanija gdida li 4 minnhom kienu `take-overs` ta` kumpaniji ezistenti. Fl-istess sena ghalqu 16 il-kumpanija, li jinkludu l-4 kumpaniji `taken over`.
Ghalqu Fethu Jannar 4 4
2513. L-ONOR. JOSEPH PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex treġġi l-"policy" fl-isptarijiet statali li meta pazjent imut hemm meta lanqas ikun ilu rikoverat 24 siegħa, ma jinħariġx ċertifikat tal-mewt? Jekk iva, jista' jiġi nvestigat jekk ħarġux ċertifikati f'każi ta' pazjenti li ma kienux ilhom l-isptar 24 siegħa?