ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Il-policy dwar ċertifikati tal-mewt mill-isptarijiet hija kif ġej:
Jekk il-kawża tal-mewt tkun magħrufa u ċara, jista jinħareġ ċertifikat tal-mewt irrespittivament miż-żmien li l-pazjent ikun ilu rikoverat fl-Isptar.
Jekk il-kawża tal-mewt ma tkunx magħrufa jew ikun hemm xi dubbju fuqha, jew il-mewt tkun zoptu u mhux mistennija issir awtopsja qabel ma jinħareġ ċertifikat.
Jekk ikun xi każ Mediko-legali jew ikun hemm xi suspett ta` reat jew foul play li seta wassal għall-mewt, tintalab awtopsja permezz tal-Maġistrat qabel ma jinħareġ ċertifikat.