2519. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet fl-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar u lokalita' b'lokalita', minħabba "overspeeding"? Hemm xi ħsieb li jibdew jintużaw "speed cameras"? Jekk fl-affermattiv, meta?
ONOR. ALFRED SANT: It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
2524. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid jekk jinstabx fi stat li jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2240 li kienet:
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-fiera tal-karrieri li fi żmien il-Gvern ta' qabel kien jorganizzaha d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni"?