2526. L-ONOR. JOE CASSAR staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet ta' persuni rapportati nieqsa u li ma nstabux matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Fuq liema minnhom il-Pulizija għada tistħarreġ?
ONOR. ALFRED SANT: Bejn l-1986 u l-1996 kien hemm dawn il-persuni rappurtati nieqsa u li għadhom jidhru hekk:
1986 Lydia Cauchi
2527. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: Fid-dawl tal-kumment li sar mill-Ministru li hemm bżonn aktar periti mal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'inizjattiva qed jikkontempla biex iħajjar aktar periti jidħlu jaħdmu maċ-ċivil?
ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-Periti mal-Gvern huma ekwivalenti mal-kundizzjonijiet ta' Professjonisti impjegati mal-Gvern u avolja jista' jkun hemm titjib f'dawn il-kundizzjonijiet ma' jidhirlix li dawn il-kundizzjonijiet huma ħżiena.
Il-fattur li hemm dan in-nuqqas huwa riżultat ta' aktar opportunitajiet fil-Privat kif ukoll aktar xogħlijiet minn naħa tal-Gvern li jirrikjedi numru akbar ta' Periti.