2530. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Fil-każ tal-baqar, u dejjem jekk tinżamm din it-tip ta' statistika, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1981 sa l-1996, kemm kienu il-"calf mortality rate" u l-"infertility rate" rispettivament?
ONOR. NOEL FARRUGIA: Jiena nfurmat li l-istatistika mitluba mill-Onor. membru ma' tinżammx.
ĦALIB - KWOTA
2531. L-ONOR. NINU ZAMMIT staqsa lill-Ministru tal-Biedja u Sajd: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il "kwota" tal-ħalib kien hawn fil-pajjiż fis-snin 1981 sa l-1996 (sena b'sena) u kemm kien in-numru ta' produtturi jew raħħala li kellhom il-kwoti (sena b'sena)?