ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Is-Sur Martin Debono ġie maħtur bħala assistent personali tiegħi b'responsabilta fuq inizzjattivi ġodda. Le, ma nikkonfermax li s-Sur Debono ngħata xi nkariga ta' konnessjoni mal-"Building Industry Consultative Committee" għal fatt li dan il-Kunsill għadu ma twaqqafx.
L-uniku konnessjoni li għandu s-Sur Debono mal-Kunsill konsultattiv fuq l-Industriji tal-Bini hi li peress li dan il-Kunsill hu inizzjattiva ġdida tal-Gvern Laburista, hu qiegħed jassisti fuq il-formazzjoni u l-promozzjoni ta' dan il-Kunsill. Dan ix-xogħol hu qiegħed jagħmlu fuq bażi ta' kwalifiki u esperjenza li għandu u mhux għax hu kandidat tal-Partit Laburista.