ONOR. GEORGE PULLICINO:Madam Speaker, jekk l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ġiet notifikata, jista' l-Prim Ministru jgħidilna jekk in-notifikazzjoni biex l-awtorita` tmur tiċċekkja kenitx waħda verbali jew bil-miktub? U jekk kienet bil-miktub jista' jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Madam Speaker, mill-file li għandi quddiemi ma jirriżultalix kenitx verbali jew le. Jien nassumi li kienet in writing.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Pullicino.
ONOR. GEORGE PULLICINO: Madam Speaker, jekk saret bil-miktub il-Prim Ministru qed jaċċetta li jpoġġi kopja ta' dik it-talba fuq il-Mejda tal-Kamra?
MADAM SPEAKER: Il-Prim Ministru.
ONOR. ALFRED SANT: Jien diġa` għidt li qed nassumi li saret bil-miktub għax m'għandi l-ebda indikazzjoni fil-file. Fil-każ li saret bil-miktub naħseb li m'għandu jkun hemm l-ebda problemi biex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Cassar, mistoqsija supplimentari.