14457. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra ta' reati urban theft irrapportati lill-pulizija matul Frar, 1998?
ONOR. ALFRED SANT:Ninsab informat illi, matul Frar, 1998, kien hemm 315 rapport ta' serq minn żoni residenzjali.
MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI - RAPPORT TA' ĦIDMA
14458. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru, issa li wasalna f'Mejju 1998, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport ta' ħidma għas-sena 1997?