ONOR. EVARIST BARTOLO: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
MINISTERU TAL-ĦARSIEN SOĊJALI - RAPPORT TA' ĦIDMA
14459. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Ministru tal-Ħarsien Soċjali: Jista' l-Ministru, issa li wasalna f'Mejju 1998, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport ta' ħidma għas-sena 1997?
ONOR. EDWIN GRECH: Ninforma lill-Onor. Membru li r-rapport indikat kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta Nru. 178 tat-28 ta' Jannar,1998.
14460. L-ONOR. TONIO BORG staqsa lill-Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li dawk il-pulizija li jintgħażlu għal Fire Fighting Section fi ħdan id-Dipartiment Protezzjoni Ċivili, wara s-sena attachment, jekk jagħżlu li jibqgħu ma' l-istess dipartiment, ma jibqgħux igawdu mill-pensjoni wara 25 sena servizz kif inhuma llum?
ONOR. ALFRED SANT: Nirriferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10681 f'Seduta Nru. 171.