14559. L-ONOR. JESMOND MUGLIETTstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qabel l-14 ta' Awissu, 1997 kienu proċessati xahar xahar sa April 1998?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
PA - DIRETTUR TAL-PROĊEDURI
14560. L-ONOR. JESMOND MUGLIETT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se jkun maħtur direttur tal-proċeduri fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar skond kif tipprovdi il-Liġi ta' l-Ippjanar li kienet emendata f'Lulju tas-sena l-oħra?