14568. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' passiġġieri/vetturi li qasmu bejn Malta u Għawdex fix-xhur Jannar/Frar/Marzu u April 1998?
Kemm mill-vetturi kienu kummerċjali? Kemm kienu privati?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:-
1998
Passiggieri
Karozzi Privati
Karozzi Kummercjali
JANNAR
139973
32596
1497
FRAR
161260
35922
1635
MARZU
195651
39238
1722
APRIL
262188
50810
2048
DCA - RIŻORSI UMANI
14569. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u Portijiet: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-DCA għandux riżorsi, inkluż ir-riżorsi umani, biex permezz tagħhom illum jista' josserva t-talbiet meħtieġa mill-JAA?
Meta hu mistenni li d-DCA jkun f'qagħda li jkun membru sħiħ tal-JAA?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Jiena nformat li t-talbiet tal-JAA biex id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili jissieħeb ma' din l-organizzazzjoni kienu prinċipalment ta' żieda fir-riżorsi umani. Lejn l-aħħar ta' l-1997 id-dipartiment ħa passi biex jiġu reklutati nies ġodda, xi wħud minn dawn bdew anke jiġu ttrenjati. Hu maħsub ukoll li jiġu impjegati aktar nies ta' livell professjonali.
Jiena nformat ukoll li s-sħubija sħiħa ta' Malta fil-JAA tiddependi minn meta l-JAA tkun tista' tagħmel l-aħħar valutazzjoni ta' l-organizzazzjoni tad-DCA. Id-dipartiment mistenna jkun lest għal dan l-eżerċizzju għall-aħħar ta' din is-sena.