MADAM SPEAKER: L-Onor. Tonio Borg.
ONOR. TONIO BORG:Madam Speaker, skużani li se nerġa' mmur lura fuq is-swar imma jidhirli li għadna mingħajr risposta sodisfaċenti. Jekk il-Prim Ministru huwa u ħiereġ mill-Belt iħares lejn is-swar, fit-Telgħa tal-Kurċifiss jara li hemm ċappa kbira ta' ġebel ġdid tal-franka mwaħħal mas-swar. Jekk il-Prim Ministru se jibqa' jinsisti li huwa kuntent b'din is-sitwazzjoni, se niġu f'pożizzjoni li kulmin irid jista' jaqbad u jwaħħal ġebel tal-franka fuq is-swar tal-Belt. (Interruzzjonijiet) Mela għaliex kienet hekk għandha tibqa' hekk! Jekk kienet hekk kienet ħażin, x'nista' ngħid!
Issa intom qegħdin fil-gvern u toqogħdux tistaħbew wara l-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Intom għandkom il-poter li jekk tridu tbiddlu l-ordni ta' l-iżvilupp u jekk din kienet taqa' taħt l-ordni ta' l-iżvilupp li m'għandhiex bżonn permess, tinbidel dik l-ordni. Skużani, imma toqogħdux tistaħbew wara l-Awtorita` ta' l-Ippjanar! (Interruzzjonijiet)