14596. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatru l-Paramedic Aides il-ġodda?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: M'għandix x'inżid mar-risposta tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 11606.
SPIŻERIJI ĠODDA
14597. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid meta u fejn se joħorġu liċenzji għal spiżeriji ġodda?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lil Onor. Membru li qiegħed issir eżerċizju f'dan ir-rigward. Fil-preżent m'iniex f'pożizzjoni li nista ngħid meta u fejn se joħorġu liċenzji għall-spiżeriji ġodda.
SPTAR BOFFA - TRANSFERIMENT
14598. L-ONOR. JEAN PIERRE FARRUGIA staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jgħid għaliex baqa' fis-seħħ it-transfermill-Isptar Boffa, il-Furjana fejn joqgħod għall-Isptar Monte Carmeli tal-health assistant b'diżabilita' li ismu qed jintbagħat under separate cover?