14637. L-ONOR. JOE PSAILA SAVONA staqsa lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Billi bl-istess definizzjoni tagħha ċirkolari għandha tiġi ċċirkolata, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinvestiga għaliex it-talba għal applikazzjonijiet għal boroż ta' studju għal Courses in Tourism & Hotel Managementofferti mill-World Tourism Organization ma ġietx iċċirkolata ma' l-istaff ta' l-ITS kollu?
ONOR. KARMENU VELLA: Il-borża ta' studju li qed jirriferi għaliha l-Onor. Interpellant ma kenitx offruta mill-Gvern Malti, dehret fil-Gazzetta tal-Gvern u fil-press lokali iżda mhux permezz ta' ċirkolari. Madankollu, kopja ta' dan l-avviż twaħħal fuq in-notice board ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi bl-iskop li jinġieb għall-konjizzjoni ta' dawk li setgħu jkunu nteressati japplikaw.