14647. L-ONOR. JOE BORGstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: a) min kienu d-delegati ta' Malta għall-42nd Session of the Commission on the Status of Women tan-Nazzjonijiet Uniti li saret fi New York bejn it-2 u t-13 ta' Marzu 1998; b) jgħid x'inhi l-funzjoni tagħhom u jekk dawn humiex mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa; u c) ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-diskorsi li saru f'isem Malta f'din l-okkażjoni?