14685. L-ONOR. JOE BORGstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għar-risposta tal-Ministru tal-Ħarsien Soċjali għall-mistoqsija parlamentari numru 14539 magħmula minni fejn talabni nressaq din il-mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Gvern Malti talab li jinħatar umpire mill-ILO biex jiddeċiedi fuq differenzi bejn il-Gvern ta' Malta u dak tal-Libja dwar materji ta' social security; u jgħid ukoll x'inhuma dawn id-differenzi u jekk inħatar dan l-umpire, jgħid min huwa u x'inhuma l-kwalifiki tiegħu?