ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien informat illi spezzjoni tal-fond ta' l-applikant saret fl-14 ta’ Novembru 1997 u l-applikazzjoni qed tkun ikkonsidrata wara dak li rrapporta l-inspector. Pero’ dan irid isir ukoll fid-dawl ta’ 25 applikazzjoni oħra mill-istess lokal ta’ nies li jgħixu fil-periklu u tan-numru limitat ta’ postijiet tajba li jitbattlu. Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu nies apposta biex jaraw il-pubbliku u la hemm il-ħtieġa u lanqas hu possibbli li d-direttur jagħti appuntamenti lill-applikanti kollha li għandu d-Dipartiment.