W1,282. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet fil-policy eżistenti li nkiteb mill-amministrazzjoni preċedenti huma ttamati li jsiru, jekk se jsiru, f'dik li hija policy li biha qed jimxi d-Dipartiment tal-Housing Construction & Maintenance fejn jidħlu ħsarat f'postijiet tal-gvern u dan konformi ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319 (Housing)?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lilll-Onor. Interpellant li kif spjegajt fid-diskors tal-Budget u kif habbart pubblikament ftit tal-granet ilu, ġiet ippubblikata skema ta’ l-Awtorita tad-Djar biex tgħin inkwilini bi dhul baxx jagħmlu tiswijiet mill-bieb il-gewwa f’postijiet tal-Gvern. Dawn ix-Xogħlijiet ser jithallsu mill-fondi tad-Dipartiment Bini u tiswija ta Djar izda l-iskema ser tkun amministrata mill-Awtorita ta Djar. B’hekk għalkemm il-policy tat-tiswijiet se tibqa' dik li hi, jigifieri li d-Dipartiment jagħmel biss tiswijiet fil-komun u oħrajn ta' natura strutturali fil-postijiet proprja, f’dawk il-kazijiet fejn l-inkwilini m’għandhomx il-mezzi biex jagħmlu certu tiswijiet bhal ta madum, aperturi, ecc, dawn se jkunu jistgħu jibbenifikaw proprju minn din l-iskema l-gdida li semmejt.