ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-suġġeriment tiegħu jista’ jiġi kkonsidrat fil-kontest ta’ l-eżercizzju li qed isir biex jiġi emendat l-Att ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali.
DJAR - KUMMISSJONI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' ART
W1,295. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kien sewwasew ix-xogħol siewi li sar s'issa mill-Kummissjoni għall-Identifikazzjoni ta' Art għal skop ta' housing; 2) liema kienu s-siti li ġew identifikati s'issa; u 3) meta hu ttamat li jibdew jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni?