W1,372. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna mill-Belt, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija m’għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
DJAR - KAŻ TA' HOUSING
W1,373. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna mill-Birgu, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha l-madum ta' l-art kollu mtajjar, tgħix bir-relief u ma tistax tagħmlu hi, jista' l-Ministru jgħid meta se tinqeda fid-dawl tal-fatt li meta marret il-Housing qalulha li ma jistgħu jagħmlulha xejn?