ONOR. ALRFED PORTELLI: Jien informat illi l-fond fejn toqgħod il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija u li hi l-istess persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari numru W1375, ġie spezzjonat fit-18 ta’ Lulju 1996.
DJAR- AKKOMODAZZJONI ALTERNATTIVA
W1,375. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-persuna minn Tas-Sliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li d-dipartiment irċieva d-dokumenti kollha meħtieġa għall-ipproċessar tal-każ ta' akkomodazzjoni soċjali? X'qiegħed iżomm milli dan il-każ jiġi ffinalizzat f'dak li hu trattament tiegħu?