ONOR. MEMBRU: Mhux value added tax imma tax on value added!
ONOR. JOHN DALLI: What's in a name! (Interruzzjonijiet) Imma xorta ma jkollux joħroġ għal elezzjoni oħra, biex niftehemu, isemmiha x'isemmiha. (Onor. Membri: Hear, hear) (Interruzzjonijiet) Dak fiex jifhem! Dak lanqas portafoll m'għandu miskin!
ONOR. MEMBRU:Kemm għandkom x'iddumu mdejqin taħt dan il-Gvern!
ONOR. JOHN DALLI:Imdejjaq il-poplu, mhux aħna! (Interruzzjonijiet)
THE DEPUTY SPEAKER: Jekk jogħġobkom żommu l-ordni. L-Onor. Dalli għandu dritt ikompli d-diskors tiegħu mingħajr ma jiġi nterrott.
ONOR. JOHN DALLI: Sur President, li l-Gvern se jdaħħal taxxi ġodda qed nisimgħu imma fuq refunds x'aħna nisimgħu? Xejn! Allura jien nistaqsi: Jekk issa n-negozjant Malti se jibda jiġi ntaxxat fuq il-prodott lokali daqskemm jiġi ntaxxat fuq prodott ta' barra, se jingħata refund bħalma jingħata l-manifattur barrani f'pajjiżu? Iva jew le?