ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, għandna quddiemna diskussjoni dwar jekk il-Parlament jawtorizzax jew le lill-Gvern ta' l-Onor. Alfred Sant sabiex jissellef Lm110 miljun oħra.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Tony Ablea.
ONOR. TONY ABELA: Madam Speaker, nimmaġina li l-Onor. Zammit Dimech se jagħmel diskors tajjeb u allura nippretendi li għandu jkun hawn quorum! Bħalissa ma naħsibx li hawn quorum.
MADAM SPEAKER:Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.
Is-Seduta kienet sospiża fil-5.22 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.