Debates tal-kamra tad-deputati (Rapport Ufficjali u Rivedut)


ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH



Yüklə 1,09 Mb.
səhifə50/232
tarix07.01.2022
ölçüsü1,09 Mb.
#91175
1   ...   46   47   48   49   50   51   52   53   ...   232
ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH: Madam Speaker, nirringrazzja lid- diversi Onor. Membri li daħlu fil-Kamra, anke jekk temporanjament, biex ikomplu jsegwu din id-diskussjoni dwar dan is-suġġett.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, ikolli niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum.
MADAM SPEAKER: Is-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.
Is-Seduta kienet sospiża fil-5.28 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu. (Interruzzjonijiet) L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, għal darba oħra niġbidlek l-attenzjoni li m'hawnx quorum. Milli jidher in-naħa ta' l-Oppożizzjoni ma tridx tisma' dak li se jgħid l-Onor. Zammit Dimech!
MADAM SPEAKER: Għal darb'oħra s-Seduta hija sospiża minħabba nuqqas ta' quorum.
Is-Seduta kienet sospiża fil-5.33 p.m. u rriżumiet ħames minuti wara.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu. (Interruzzjonijiet) L-Onor. Joe Mizzi.
ONOR. JOE MIZZI: Madam Speaker, niskuża ruħi li kelli niġbed l-attenzjoni tas-Sedja għal nuqqas ta' quorum imma rridu niftakru li l-Oppożizzjoni ddikjarat li d-diskussjoni tal-lum hija importanti u li se tieħu sehem fiha - saħansitra uħud mill-Onor. Membri tan-naħa l-oħra fil-ħerqa tagħhom marru kontra r-regolamenti u tkellmu fuq l-Unjoni Ewropea - u tant jidher li għandhom ħerqa l-Onor. Membri kollegi tagħna li ħlief tlieta minnhom m'hawnx fil-Kamra. Dan qed ngħidu ħalli l-poplu Malti u Għawdxi jkun jaf b'liema ipokrezija qed timxi l-Oppożizzjoni fil-Parlament. (Onor. Membri: Hear, hear)
MADAM SPEAKER: L-Onor. Zammit Dimech jista' jkompli bid-diskors tiegħu.

Yüklə 1,09 Mb.

Dostları ilə paylaş:
1   ...   46   47   48   49   50   51   52   53   ...   232




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©muhaz.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

gir | qeydiyyatdan keç
    Ana səhifə


yükləyin