MADAM SPEAKER: L-Onor. Karmenu Vella.
ONOR. KARMENU VELLA: Madam Speaker, l-Onor. Gonzi qal x'jgħidu l-Ordnijiet tal-Kamra meta tissejjaħ division u qal li f'dak il-każ is-seduta għandha titwal b'20 minuta. Kull meta seduta ġiet sospiża għal nofs siegħa, għal tliet kwarti jew għal siegħa sħiħa, din dejjem waqfet fid-9.00 p.m. xorta waħda.
Issa jekk l-Onor. Membru jixtieq li meta jkunu qed jitkellmu sħabu ħadd ma jgħajjat għal quorum għandu javżahom biex ikunu preżenti f'din il-Kamra, għax minn ġurnata sħiħa ħlief tnejn ma kienx hawn preżenti min-naħa l-oħra u ħadd minna m'għajjat għal quorum.