ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nvestigat il-każ u rriżulta li mill-1990 'l hawn il-qari ta' l-arloġġi ta' l-ilma u dawl dejjem ittieħdu u konsegwentement il-kontijiet inħarġu fuq qari attwali. Għaldaqstant, l-informazzjoni ta' dan ir-rapport hija nkoretta
ŻURRIEQ - ĠIBJUN TRIQ BUBAQRA
14216. L-ONOR. HELEN D'AMATO staqsiet lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: B'riferenza għal talba li kien għamel il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex zona magħrufa bħala Il-Ġibjun, Triq Bubaqra, Żurrieq tkun mibdula bħala public open space f'zona residenzjali fejn m'hemmx żvog ieħor għar-residenti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex: a) il-Lands fl-20 ta' Novembru, 1995 kien qal li ma jsibx oġġezzjoni li din l-area tkun imsebbħa sakemm ma jintmessux is-siġar u l-ġibjun li hemm f'din l-area (Dok A); b) issa inbidel kompletament il-ħsieb oriġinali u se jitqaċċtu s-siġar biex jagħmlu spazju għal terraced houses skond ittra mibgħuta lill-Kunsill Lokali Żurrieq fil-21 ta' Jannar, 1997 mill-Planning Authority (Dok.B)?
Jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li f'zona residenzjali fejn m'hemmxpublic open space, u fejn l-area indikata mhijiex ta' daqs kbir din għandha tkun żviluppata bħala public open space għal benefiċċju tar-residenti?
Dokumenti A, B u mappa qed jintbagħtu separatament.