14283. L-ONOR. ADRIAN VASSALLOstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qiegħed jikkawża l-kwantita' kbira ta' nugrufun li qed jaqa' fuq il-Fgura u l-postijiet ta' madwarha?
ONOR. GEORGE VELLA: In-nugrufun li jaqa' fuq il-Fgura u l-postijiet ta' madwarha jista' jkun li ġej mill-Power Station tal-Marsa.
Qed isiru diversi laqgħat bejn il-Bord tal-Konsultazzjoni u Pariri dwar l-Ambjent, il-Korporazzjoni Enemalta u l-kunsilli lokali ta' l-inħawi biex jitnaqqas dan l-inkonvenjent.