14476. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12344, jista' l-Ministru jgħidilna jekk il-proċeduri tekniċi lokali issa ġewx kompluti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Preżentament id-dokumenti kollha qegħdin jiġu analizzati u fiż-żmien qarib għandhom jkunu kompluti l-proċeduri tekniċi kollha.
14477. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni: B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 13304, jista' l-Ministru jagħtibreakdown dettaljat ta' kull item ta' ħruġ u dħul li kellu l-Kumitat li jmexxi l-Park Nazzjonali? Min tħallas, meta tħallas u għal-liema materjal jew servizzi tħallas? Min ħallas lill-kumitat, għal liema servizzi ħallas lill-kumitat u meta saru l-ħlasijiet?