ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
PA - DĦUL
14478. L-ONOR. GEORGE PULLICINOstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien id-dħul ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn ħlasijiet ta' DPF u ISC għall-applikazzjonijiet ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April 1998?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’KARA - ĊENTRU TAS-SAĦĦA
14479. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12453 li saret fil-25 ta' Frar 1998 rigward il-Berġa tas-Saħħa f'Birkirkara?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninsab informat li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta' refurbishment fil-klinika ta' Birkirkara. Dan huwa xogħol ta' manutenzjoni li jsir bħala rutina fid-diversi kliniċi li għandu l-Gvern fid-diversi bliet u rħula.
Ma nafx fuq liema xkaffa qed titkellem.
L-ispejjeż kapitali għal kull Ċentru tas-Saħħa fl-1996 u fl-1997 kienu hekk:-