partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?
ONOR. LEO BRINCAT: Il-Kumpanniji jew partnerships ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 fid-dikasteru tiegħi kienu 17.
MINISTERU TAT-TURIŻMU - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS
14659. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru tat-Turiżmu u s-Self-Employed: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew partnership ta' Awdituri/Accountants li ngħataw kuntratti bejn Mejju 1987 u Ottubru 1996 mill-Ministeru tiegħu?
ONOR. KARMENU VELLA: L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar.
MINISTERU TA' L-INDUSTRIJA - KUMPANNIJI/PARTNERSHIPS
14660. L-ONOR. CHARLES MANGION staqsiet lill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi u ta' l-Industrija: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpanniji jew