14726. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIAstaqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.: Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm biex titneħħa siġra li tinstab quddiem il-garaxx proprjeta' ta' Salvu Spiteri ta' Di D'Amour, fi Vjal ir-Repubblika, fil-Għargħur liema siġra qed tagħmel ħsara fis-sistema tad-dawl tas-sid?
ONOR. GEORGE VELLA: Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
14727. L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jara li l-policy attwali fejn hemm propost li jsiru sulari addizzjonali fil-Housing Estate fil-Mosta tiġi riveduta u dan qabel ma jiġu kkonsidrati l-problemi li jiġu kkaġunati lill-istess okkupanti tal-fondi fil-blokki tal-flats ta' dan il-Housing Estate?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Nassigura lill-Onor. Membru li fi fteħim li jista' jintlaħaq ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjannar fuq il-proposta li jsiru sulari addizzjonali fil-Housing Estatetal-Mosta, l-ewwel ma jiġu kkonsidrati huma d-diffikultajiet li jista' jkollhom l-okkupanti preżenti. Dan fil-fatt diġa' sar u qed isir fl-inħawi l-oħra fejn dan il-proġett se jitwettaq.