W1,281. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm, fil-fatt, hu l-ammont ta' flus (disponibbli) għad-Dipartiment tal-Housing Construction & Maintenance biex tul l-1998 konformament ma' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998, paġna 319, dan id-dipartiment ikun jista' jissaħħaħ f'dak li hu "embellishment of public areas & the development of recreational facilities in housing estates? 2) Liema huma: 1) il-public areas; 2) recreational facilities; u 3)housing estates li għalihom qed issir referenza? 3) Meta hu ttamat li dan jinbeda?