ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-flus ivvotati għall-iskop ta’ żvilupp ta’ ġnien pubbliku f’oqsma ta’ djar huma vvotati taħt Item Nru 4, Road Formation u għall-1998 hemm ivvotati Lm250,000. Fil-programm ta’ l-1998 hemm proġettat li jitlestew il-ġonna pubbliċi ta’ Sta. Luċija (Ħdejn il-Knisja), Haż-Żabbar/Xgħajra (San Pietru) u Ġnien Żgħir f’Bighi, il-Kalkara. Sadanittant, inbdew ix-xogħlijiet ġodda fuq żewġ proġetti il-Furjana (Binja Vilhena u Tal-Kappuċċini), Tal-Pieta’, Hal-Għaxaq (Hal Dmikki) u l-Gudja (Tax-Xlejli). F’dawn il-każijiet it-tenders kollha ngħataw u qed isir iċċekjar mal-Co-Ordination Unit tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jiġu vverifikati l-pożizzjoni ta’ servizzi eżistenti qabel jibdew ix-xogħlijiet tal-ġonna proprja. F’żewġ każijiet minnhom, f’Tal-Pieta’ u l-Furjana se jinbidlu l-kanen ta’ l-ilma eżistenti qabel ix-xogħol ta’ pavimentar meħtieġ.