ONOR. ALFRED PORTELLI: L-item ta' International Memberships huwa wieħed standard li jidher fil-voti tal-Ministeri kollha tal-Gvern - kemm dawk li għandhom nefqa attwali u/ jew proġettata u kemm dawk li m’għandhomx.
ESTIMI ĠENERALI 1998
W1,298. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Fid-dawl ta' dak li hemm imfisser fl-Estimi 1998 partikolarment f'paġna 319, jista' l-Ministru jispjega, f'miżura ta' dettall u b'mod kronoloġiku, liema huma l-iskemi mhux updated fl-1997 li din is-sena, b'kollaborazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar, id-dipartiment se jara li jitjibu u sekondarjament jista' jispjega minn se jibbenefika minnhom u meta se jidħlu fis-seħħ? X'inċentivi, oltre dawn, se jiġu ntrodotti f'din is-sena 1998 li jistgħu jkunu aktar relevanti għad-direzzjoni ta' policy fis-Settur tal-Housing?