ONOR. ALFRED PORTELLI: Il-Preliminary studies huma ntiżi għall-proġett ta Pembroke. Fil-fatt ġie kkommissjonat Traffic Impact Assessment ghal din iż-zona u l-ħlasijiet huma mistennija li jsiru iktar tard din is-sena.
DJAR - FILE NO. H 13921
W1,340. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 13921 mal-Housing Department; 2)intbagħat inspectoru jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilta' li dan jingħata akkommodazzjoni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li l-għarusa tiegħu kienet ħarġet pregnant u li m'għandhomx flus bix jixtru u dan huwa każ ġenwin?