ONOR. ALFRED PORTELLI:Jien informat illi skond il-policy tad-Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-applikazzjoni ndikata ġiet ikkanċellata billi kienet mingħand persuna li qed tapplika taħt kategorija ta' l-għarajjes. L-istess applikant kien ġie nformat b’dan.
DJAR - FILE NO. H 13839
W1,341. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid: 1) fiex wasal il-każ tal-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bil-File No. H 13839 mal-Housing Department; 2) intbagħat inspectoru jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx u meta hu ttamat li jintbagħat; 3) kemm żdiedet il-possibbilita' li dawn jingħataw akkomodazzojni alternattiva fid-dawl tal-każ tiegħu li jkompli jiggrava ruħu u ċioe' li dawn għandhom il-post perikoluż wara li waqgħulhom ix-xorok?