ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-każ li għalih qed tirreferi l-mistoqsija qed jiġi kkonsidrat u saret spezzjoni fil-21 ta’ Ottubbru 1996. L-applikanti jridu jmorru l-Ħamrun biss u postijiet f’dan il-lokal huma skarsi.
DJAR - SOCIAL CASES
W1,346. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet li qed jiġu ttrattati mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bħala social cases?
Xi proċedura qed tiġi segwita fit-tentattiv biex jiġu solvuti dawn il-każi u kif qed jiġu nvoluti s-social welfare officers?