ONOR. ALFRED PORTELLI: Kif jaf l-Onor. Interpellant, jekk il-persuna li qed isemmi tgħix bir-relief hi tista’ tibbenefika mill-iskema għal tiswijiet imħabbra fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-14 ta’ April 1998. GĦalhekk nagħtiha parir timla' l-formola apposta li tikseb mill-Awtorita tad-Djar u tapplika għal għajnuna li tista’ tilħaq sa Lm500 u tgħodd għal min id-dħul tiegħu ma jaqbiżx l-Lm2,600.
DJAR - INSPECTORS
W1,374. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna minn Tas-Sliema, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?