ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija m’għandix applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
W1,377. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMIstaqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat illi l-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija ilu li nqeda minn Mejju 1997.
DJAR - INSPECTORS
W1,378. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali: Għar-rigward tal-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħatx inspector? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, għaliex ma ntbagħatx? U jekk hu l-każ, meta se jintbagħat?