ONOR. ALFRED PORTELLI: Jien informat li minn stħarriġ li għamel l-Uffiċċju Konġunt jirriżulta li l-persuna ndikata kitbet lid-dipartiment dwar il-fidi taċ-ċens tagħha u, peress li ma bagħtitx l-kopja tal-kuntratt, ingħatat parir biex tkellem Nutar.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Membru li kif kien sar fir-rigward tal-policies dwar il-fidi ta’ ċnus li għalqu f’Diċembru, 1996, il-Ministeru, minn żmien għal żmien, ifassal policies li jridu jiġu aċċettati mill-Gvern u finalment approvati b’riżoluzzjoni tal-Parlament.