ONOR. CHARLES BUHAGIAR: Nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari numru W1,629.
CITY AND GUILDS OF LONDON INSTITUTE - LOGO
W1,635. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid meta nbidel il-logo tas-City and Guilds of London Institute?
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-ewwel korrispondenza li d-diviżjoni għandha bil-logo il-ġdid ta' City & Guilds hi datata Marzu 1996.
Is-City & Guilds informaw lil Malta uffiċjalment bil-bidla fil-logo waqt żjara ta' rappreżentant tagħhom f'Mejju ta' l-1996.
DJAR - APPLIKAZZJONIJIET
W2,004. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid meta nbeda u ntemm l-ivvetjar ta' l-eluf ta' applikazzjonijiet mal-Housing fid-dawl ta' mwiet, ta' min kien akkwist post eċċ? Kemm hu reali n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti? Risposta preċiża tkun apprezzata.
ONOR. ALFRED PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 1997 id-dipartiment beda jinvestiga permess tal-Common Data Base min minn dawk li għandhom applikazzjoni jidher li sab post ieħor u ma nformax lid-dipartiment. Issa dan l-eżerċizzju tlesta u dawk li rriżultaw hekk se jiġu avżati b’dan u isimhom jinqata’ mil-lista. Hu maħsub li 'il fuq minn 800 applikant qed joqogħdu f'post ieħor.
DIPARTIMENT GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI - APPLIKAZZJONIJIET
W2,006. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu l-applikazzjonijiet mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali għall-akkomodazzjoni alternattiva b'riżultat ta' l-offerti ta' skemi diversi li toffri l-Housing Authority bejn is-snin 1995 - 1997 sena b'sena?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Bejn is-snin 1995-1997 naqsu 176 applikazzjoni mid-Dipartiment GĦall-Akkomodazzjoni Soċjali maqsuma kif ġejjin:-
SENA TOTAL
1995 3
1996 1
1997 172.
DJAR - APPLIKAZZJONIJIET
W2,008. L-ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI staqsa lill-Ministru tad-Djar: Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir lista waħda ta' applikazzjonijiet (Housing Authority) biex flok tinħareġ call for applications għal kull ħarġa, jkun hemm lista waħda ppubblikata li jintefgħu u min ikun fuq nett f'kull kategorija u skond il-punti jingħata post lil dawk li jkunu qed jibnu?
Sistema bħal din tħaffef l-allokazzjonijiet?
ONOR. ALFRED PORTELLI: Is-suġġeriment ta’ l-Onor. Interpellant ġie nnotat.