ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru): Se nqiegħed t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
PA - RESTAWR TA' SWAR
12796. L-ONOR. AUSTIN GATT staqsa lill-Vici Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 11457 li saret lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni< u ċioe' peress li x-xogħol involut fuq is-swar kien jinvolvi tibdil ta' ammont sostanzjali ta' ġebel, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li skond ir-regolamenti tal-Planning Authority ma kienx meħtieġ permess mingħandha?
ONOR. ALFRED SANT (f'isem il-Viċi Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent):L-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet ġiet informata permezz ta' ittra mill-building and maintenance unit li se jsir xogħol ta' restawr. Dan fil-fatt sar u x-xogħlijiet saru tajjeb.
Kieku kien hemm bżonn permessi l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet tgħid hekk u tieħu l-passi neċessarji biex l-affarijiet ikunu konformi mal-liġi.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Tonio Borg, mistoqsija supplimentari.