MADAM SPEAKER: Onor. Zammit Dimech, niġbidlek l-attenzjoni li skadielek il-ħin u għandek bżonn extension. Xi ħadd jipproponi li l-Onor. Membru jkomplu jinstema'.
ONOR. AUSTIN GATT: Nipproponi li jkompli jinstema'.
ONOR. CHARLES MANGION: Nissekonda.
MADAM SPEAKER: Hawn talba biex l-Onor. Zammit Dimech ikompli bid-diskors tiegħu. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra?
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH:Nirringrazzja lill-proponent, lis-sekondant u lill-Kamra.
MADAM SPEAKER: L-Onor. Ċensu Galea.
ONOR. ĊENSU GALEA: Madam Speaker, on a point of order. Naħseb li l-Onor. Zammit Dimech kien għad baqagħlu iktar ħin għad-dispożizzjoni tiegħu għax l-40 minuta kienu għadhom m'għaddewx. Ma nistax nifhem għaliex is-Sedja talbet għal extension.
MADAM SPEAKER: |I-ħin li ntilef kull darba li ssejjaħ quorum intilef mill-ħin ta' l-Onor. Zammit Dimech. Ninsab informata li f'din il-Kamra dejjem hekk kienet il-prassi. L-Onor. Galea.